Ir-residenti tal-Gżira jipprotestaw mal-konsorzju MIDI dwar l-għeluq tal-uniku aċċess għall-kosta li huma għandhom; l-aċċess ta’ Manoel Island.
Quddiem grada tal-ħadid li twaħħlet snin ilu mill-konsorzju MIDI u li timblokka dan l-aċċess, ir-residenti tal-Gżira wasslu l-vuċi tagħhom. Net News tkellem mas-Sindku tal-Gżira Conrad Borg Manche.
Ir-residenti tal-Gżira jħossu li ilhom wisq jaċċettaw li l-aċċess għall-kosta jkun magħluq.
L-art hi waħda pubblika u għalhekk ħadd m’għandu dritt li jostakolaha.
Is-Sindku tal-Gżira jsostni li l-għeluq ta’ dan l-access qed jikser il-kuntratt oriġinali li 16-il sena ilu kien jiggarantixxi li l-poplu jkollu l-aċċesss għall-kosta.
Quddiem dan kollu l-Kunsill Lokali tal-Gżira diġa pprezenta protest ġudizzjarju u lest jibqa’ għaddej bi proċeduri oħra quddiem il-qorti biex jiggarantixxi d-dritt tar-residenti Gżirjani.