Il-Korea ta’ Fuq, sparat tliet missili ballistiċi lejn l-ibħra’il hinn mill-kosta tal-pajjiż lejn il-Lvant. Dan skont l-aħħar rapporti mill-uffiċjali tal-Korea t’Isfel li qegħdin jissorveljaw il-movimenti tal-ġȃr komunista.
Sorsi militari fil-Korea t’Isfel sostnew li dawn il-missili kienu sparati mir-reġjun ta’ Hwangju.
Il-Korea ta’ Fuq hi pprojbita milli tipprova teknoloġija missilistika jew nukleari. Iżda r-reġim komunista fi Pyongyang, fl-aħħar xhur, sfida l-projbizzjoni internazzjonali kemm-il darba, b’sensiela ta’ provi tipiċi.
Dan meta żdiedet it-tensjoni fil-penisola Koreana, ġimgħat wara l-indikazzjonijiet mill-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel li jistgħu, ’il quddiem, itellgħu sistema anti-missilistika bħala miżura kontra t-theddid mill-Korea ta’ Fuq.
//= $special ?>