Wara l-vot ferm viċin biex tiġi rakkomandata l-approvazzjoni tal-persuna nominata minn Malta għall-post ta’ Membru tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, il-MPE PN David Casa, Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia iddikjaraw u qali li huwa ċar li l-karti tal-Panama ħassru parti sostanzjali mir-reputazzjoni ta’ Malta fl-Ewropa.
Huma stqarrew li laqgħu l-ammissjoni ta’ Leo Brincat li Konrad Mizzi għandu jirriżenja u li l-unika raġuni għall-vot tiegħu kontra l-mozzjoni ta’ sfiduċja f’Mizzi kienet li kienet minħabba pressjoni li għamel Joseph Muscat.
Huma qalu li għalkemm ma’ jaqblux mar-rikollizzjoni tiegħu u tal-pożizzjoni li kien ħa qabel ir-refendum tal-UE huma jilqgħu dak li stqarr hu li huwa kien dejjem Ewropew fil-qalb.