Enemed Co. Ltd. għandha pjanijiet iddettaljati biex tilqa’ għal kull emerġenza li tista’ tinqala’ fl-istalazzjonijiet tal-‘fuel’ tagħha. Individwi li joqgħodu jew jaħdmu fil-viċinanzi jiġu mgħotija informazzjoni dwar kif jieħdu ħsieb is-sigurta’ tagħhom f’kaz li tinqala’ emerġenza serja. Id-daqq tas-sirena tal-emerġenza hi waħda mill-miżuri ta’ sigurta’ li tintuża biex il-komunita’ tkun avżata b’dawn is-sitwazzjonijiet.
L-Enemed Co. Ltd tixtieq tavża l-pubbliku li bhala parti mill-manutenzjoni regolari tas-sistemi ta sigurta’, nhar it-Tlieta 6 ta’ Settembru ser tkun qed tittestja s-sireni tal-emerġenza fl-istallazzjonijiet tal-‘fuel’ tagħha ta’ Ras Ħanżir, Ħas-Saptan u Birżebbuġa.
L-‘alarm’ fl-istallazzjonijiet tal- ‘fuel’ ta’ Ras Ħanżir u Ħas-Saptan ser tiġi ittestjata fid-9.00 ta’ filgħodu waqt li l-‘alarm’ fl-istallazzjoni ta’ B’Bugia ser tiġi ttestjata ħames minuti wara, fid-9.05 ta’ filgħodu.
Għaldaqstant il-pubbliku m’għandux jallarma ruħu meta jisma dawn is-sereni jindaqqu fil-ħijniet imsemmija hawn fuq.
//= $special ?>