Lokali

Imfakkar Jum il-Vitorja

Jum il-Vitorja tfakkar b’ċerimonja quddiem il-monument li jfakkar dan l-avveniment fil-Belt; ċerimonja li għaliha attendew il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia, il-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil u diversi dinjitarji oħra.

14191895_10154801887159026_8357405399882221950_n

Jum il-Vittorja jfakkar ir-rebħa tal-Maltin u l-Ordni ta’ San Ġwann fl-Assedju l-Kbir tal-1565 u t-tmiem tal-assedju fuq Malta fit-Tieni Gwerra Dinjija.

Iċ-ċerimonja inkludiet diskors minn Silvan Agius, id-Direttur fid-Direttrat għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Intgerazjzoni li tkellem dwar il-mod kif qed tevolvi s-soċjetà Maltija fil-kuntest tad-drittijiet tal-bniedem, dwar il-kontraċessjoni ta’ emerġenza, dwar l-ewtenasja u dwar il-ftuħ tas-soċjetà.

Fid-diskros dwar Jum il-Vitorja Silvan Agius tkellem ukoll dwar id-dħul tad-divorzju f’Malta, il-liġi dwar l-unjoni ċivili, in-nondiskriminazzjoni li ddaħħlet fil-Kostituzzjoni u l-koppji tal-istess sess kif ukoll dwar id-drititjiet tal-persuni trans.

Suġġetti oħra trattati fid-diskors ta’ Silvan Agius fl-okkażjoni ta’ Jum il-Vitorja kien il-parteċipazzjoni tan-nisa fis-soċjetà, il-konvenzjoni ta’ Istanbul dwar il-vjlenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika kif ukoll dwar il-vilifikazjzoni tar-reliġjon u l-espressjoni li tneħħi l-pornografija. Skont Silvan Agius din il-liġi neħħiet maħħra ma għonq l-artisti.

Silvan Agius enfazizza l-importanza li fis-soċjeta tal-lum m’hemmx lok għar-razziżmu, l-importanza tal-integrazzjoni u dwar ż-żwiġijiet ta’ Maltin mal-barranin.

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ Jum il-Vitorja bdiet bl-innu Nazzjonali u fiha tpoġġew kuruni ta’ fjuri mill-perosnalitajiet preżentti li jirrpreżentaw lis-soċjetà.