Numru ta’ skart, minn fliexken tal-plastik żgħar għal siringi u kif ukoll kull xorta ta’ żibel ieħor, inkluż biċċiet tal-għamara, tabelli u skart tal-kostruzzjoni. Sa anke kamra mwaqqa’ b’numru ta’ skart fiha u kif ukoll deskritta mill-pubbliku bħala ‘binja’ li madwarha hemm riħa tintenn enormi. Dik hija s-sitwazzjoni ta’ diżastru taż-żona taħt il-Park & Ride tal-Floriana.
F’ritratti li ntbgħatu lil dan is-sit, jidher l-istat ħażin taż-żona, żona li filgħodu tkun mimlija xuffiera li jkunu qed jagħmlu t-testijiet tal-liċenzja tal-karozza, tal-mutur u kif ukoll tax-xarabank. Għalkemm fiha tul il-jum ikun hemm il-ħajja, dawn il-limiti tal-Floriana huma totalment abbandunati.
Fir-ritratt ta’ fuq tistgħu taraw skart mwaħħal mal-pjanti li ħiereġ mis-swar, swar li suppost qed jiġu restawrati mill-awtoritajiet. F’dak t’hawn taħt naraw ritratt bix-xena tal-ilma qiegħed, bil-pubbliku jilmenta’ magħna li hemm ħafna nemus, xi ħaġa li magħha ġġib il-mard.
Hawn taħt ritratt partikolari fejn jidher li l-awtoritajiet ma kellhomx bżonn aktar is-sinjal tan-no entry li ħallewh mitfugħ hemm mal-art.
Jidher li l-ġabra tal- jew mal-bring in-sites mhux issir ta’ spiss tant hu hekk li hemm numru ta’ skart magħhom.
.
Ma jonqosx ukoll kliem dispreġattiv ma’ bieb ta’ garaxx partikolari fejn ħeġġeġ bil-mod tiegħu biex in-nies ma jagħmlux il-bżonnijiet tagħhom wara biebu.
Nies li tkellmu magħna qalulna li għalkemm għamlu l-ilmenti din iż-żona ilha hekk għal numru ta’ xhur bl-awtoritajiet konċernati qatt ma’ jieħdu azzjoni.