Aġġornata
Wara l-artiklu ppubblikat fuq NETnews.com.mt, iż-żona ta’ barra l-istadium nazzjonali tnaddfet mill-iskart li kien rappurtat aktar kmieni.
NETnews.com.mt jinsab infurmat li normalment, dan it-tip ta’ tindif isir waranofsinhar.
Aktar kmieni…
Ritratti li ġew ippubblikati fuq il-media soċjali l-għada tal-partita bejn Malta u l-Iskozja juru dak li kien deskritt bħala “baħar ta’ żibel”.
Bottijiet tal-birra, fliexken tal-plastik u tazzi tal-plastik iddominaw iż-żona ta’ barra l-istadium nazzjonali ta’ Ta’ Qali, b’persuni jgergru li dalgħodu kellhom jgħaddu minn fost dan il-“baħar ta’ żibel”.
Filwaqt li kien hemm min appella biex darb’oħra jitqiegħdu aktar dustbins, oħrajn gergru li t-tindif għadu ma sarx, aktarx minħabba nuqqas ta’ fondi. Madanakollu, oħrajn iġġustifikaw ir-rimi ta’ skart mal-art u qalu li l-awtoritajiet għandhom jingħataw ċans sakemm inaddfu, kif isir wara kull avveniment kbir.
U int x’taħseb? ħalli l-kumment tiegħek hawn taħt…