Bħala parti mill-attivitajiet tal-festi tal-Indipendenza ma jonqsux l-attivitajiet sportivi li b’kollox jinkludu 21 dixxiplina sportiva.
L-attivitajiet sportivi qed ikunu kkordinati minn Tim Sport PN li anke s-sena l-oħra ħadu ħsieb l-organizazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet bid-differenza li din is-sena żdiedu.
Il-Kelliem tal-Partit Nazzjonalista għall-Isport David Agius qal li l-attivitajiet sportivi organizzati grazzi għall-ħidma ta’ TimSport PN huma ta’ livell għoli. David Agius rringrazzja wkoll lid-diversi assoċjazzjonijiet sportivi li sabu koperazzjoni minn naħa tagħhom.
L-attivitajiet sportivi organizzati huma Football, wirja taż-żwiemel, waterpolo, handball, il-mixja u l-ġirja tal-Indipendenza, Kite Making u Kite Flying, Table Football, wirja ta’ martial arts, chess, draughts, table soccer, basketball, darts, hockey, cycling devil race, kick boxing, wirja ta’ karozzi, table tennis, sparar fuq il-plattini u beach volley.
Dawk kollha li jixtiequ jippartecipaw jistgħu jikkuntatjaw lil TimSport PN permezz tal-paġna tagħhom fuq facebook jew inkella permezz ta’ email fuq l-indirizz timsport@pn.org.mt. Wieħed jista’ jakkwista l-applikazzjoni u akar informazzjoni mid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>