Is-Sindku tal-Belt Alexiei Dingli kiteb lill-UNESCO biex tinvestiga jekk il-proġett ta’ torri f’Tas-Sliema, approvat ftit tal-jiem ilu, hux se joħloq xi impatt fuq l-istatus ta’ Belt ta’ Patrimonju Dinji.
Fl-ittra tiegħu, Dingli esprima l-pożizzjoni personali tiegħu li ma jaqbilx ma’ dan il-proġett għax skont hu se jeqred uħud mill-isbaħ veduti li wieħed jista’ jara mill-Belt. Kien f’dan il-kuntest li staqsa lill-UNESCO jekk dak l-istatus prestiġġjuż jistax jintlaqat ħażin.
Is-Sindku tal-Belt ikkwota l-linjigwida dwar il-‘buffer zones’ u kif binjiet viċin il-Belt għandu bżonnhom ħalli jżid livell ieħor ta’ protezzjoni.
Min-naħa tagħha, il-UNESCO kienet qalet li minkejja li l-Belt m’għandhiex ‘buffer zones’, f’lokalitajiet viċin il-Belt dawn jeżistu wkoll biex jipproteġu l-iżvilupp.
//= $special ?>