Il-Gvern tal-Ġappun wissa li d-deċiżjoni tar-Renju Unit biex titlaq mill-Unjoni Ewropea skont il-proċess tal-Brexit tista’ twassal biex il-kumpaniji Ġappuniżi jitrasferixxu l-head offices tal-Ewropa ’il hinn mir-Renju Unit u lejn l-Ewropa kontinentali.
Skont rapport xott mill-Ministeru Ġappuniż għall-Affarijiet Barranin, il-kumpaniji ‘jistgħu jkunu jridu jitilqu f’każ li l-liġijiet tal-UE ma jkomplux ikunu applikati fir-Renju Unit’.
Il-kumpaniji Ġappuniżi, fil-preżent, jimpjegaw mal-140,000 ħaddiem fir-Renju Unit. Dan meta l-Bank ta’ Nomura, il-Hitachi u l-kumpaniji tal-karozzi rinomati Honda, Nissan u Toyota għandhom kollha bażijiet ewlenin fil-pajjiż.
//= $special ?>