Il-Pulizija Ġermaniża bħalissa qed ifittxu f’lukanda lussuża u popolari fost persuni ċelebri wara allert ta’ possibbli attakk terroristiku. Dan qed iseħħ wara li l-impjegati tal-lukanda saru jafu b’theddida ta’ bomba fil-kumpless.
Ir-residenti tal-lukanda Fuerstenhof, fil-belt ta’ Leipzig, kienu evakwati waqt il-ħidma tal-Pulizija armati, li daħlu fil-kmamar għal kwalunkwe ħjiel ta’ materjal splussiv.
Rapporti qed jgħidu li l-impjegati tal-lukanda, li ġieli ospitat gruppi famużi tar-rock bħal AC/DC u Kiss, kienu rċievew telefonata anonima minn persuna b’aċċent ħażin ħalli javżawhom dwar “azzjoni ta’ bomba”.
Filwaqt li t-tfittxija inizjali fil-lukanda ma żvelat xejn suspettuż, anzi li kienet ċajta, il-Ġermanja għadha fi stat ta’ tensjoni wara l-attakki ta’ dan is-Sajf mit-terroristi tal-Istat Iżlamiku, li kienu ħallew numru ta’ mejtin u midruba.
//= $special ?>