Matul il-lejl theżżiża qawwija reġgħet laqtet iċ-ċentru tal-Italja. It-theżżiża laħħqet 3.5 fuq l-Iskala Richter u nħasset ftit wara l-11:30pm.
Aktar tard, fis-2:20pm, inħasset theżżiża ta’ saħħa 3.2 fuq l-Iskala Richter.
Dawn it-theżżiżiet reġgħu ġabu magħhom tensjoni għan-nies ta’ Amatrice u Accumoli. Ħafna minnhom għadhom qed jgħixu fit-tined fuq barra, u fl-aħħar sigħat lanqas ix-xita ma għenet sabiex jibdew jirkupraw mit-trawma li jinsabu fih.
Intant, f’nofs il-ġimgħa sippost se nkunu nafu kemm inġabru flus minn pajjiżna b’risq il-familji li ntlaqtu mit-terremot ta’ ġimgħatejn ilu.
In-numru uffiċjali ta’ vittmi issa tela’ għal 295 wara li lbieraħ filgħaxija inħareġ minn taħt it-tifrik il-katavru ta’ raġel mill-Afganistan.
//= $special ?>