Kurżitajiet

Għada jiġi preżentat l-iPhone il-ġdid

L-appassjonati tal-Apple għada se jkollhom xalata għaliex wara stennija ta’ sena sa fl-aħħar jasal l-iPhone 7, b’diversi karatteristiċi ġodda.

L-ismartphone il-ġdid tal-Apple se jkollu screen b’teknoloġija aktar moderna imsejjħa True Tone, se joffri camera aktar b’saħħitha, titjib fil-flash, u spazju akbar għall-memorja. Forsi din tal-aħħar hija l-aktar importanti, għaliex il-minimu ta’ memorja se tkun 32GB.

Kif diġa’ issemma’ ftit tal-ġranet ilu, il-jackphone ta’ 3.55mm se jitneħħa. Minflok, se jkun hemm adaptor ġdid.

Dan il-karatteristiċi tal-iPhone il-ġdid ġew żvelati mill-guru tat-teknoloġija Ming-Chi Kuo.