Mara ttieħdet l-isptar Mater Dei wara li dalgħodu kienet involuta f’inċident tat-traffiku f’Bir id-Deheb iż-Żejtun.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:15a.m. meta għal xi raġuni l-mara tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha u ħabtet f’karozza pparkjata.
Il-kundizzjoni tal-mara għad mhix magħrufa.
Fil-karozza fil-ħin tal-inċident il-mara kellha kelb.
//= $special ?>