Il-Prim Ministru Franċiż, Manuel Valls, akkuża lill-gazzetta Amerikana ‘New York Times’ talli pprovdiet stampa ‘inaċċettabbli’ ta’ Franza, permezz ta’ artiklu dwar diskriminazzjoni kontra n-nisa Musulmani.
Ir-rapport kien xprunat minn dibattitu dwar il-projbizzjoni kontroversjali għall-malji tal-għawm li jħarsu ‘l-kriterji Iżlamiċi’ – magħrufa bħala burkini – f’ħafna bliet Franċiżi.
Intant, Manuel Valls qal li dawn il-projbizzjonijiet huma ‘parti mill-ġlieda għad-drittijiet tan-nisa’, iżda kelliema għall-gazzetta Amerikana insistew li l-artiklu hu wieħed kredibbli li jibbaża fuq fatti. Dan waqt li xi Musulmani qed jgħidu li huma spiċċaw ‘mira ta’ inġustizzja’ minħabba l-burkini.
Fl-aħħar jiem, numru qed jiżdied ta’ qrati fi Franza ċaħdu l-projbizzjonijiet għall-malja burkini (li tgħatti l-ġisem kollu) b’deċiżjoni simili tittieħed fil-belt ta’ Nizza li, f’Lulju, sfat mira ta’ attakk terroristiku qattiel waqt iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum Bastilja.
//= $special ?>