Fl-aħħar 24 siegħa l-membri tal-MOAS abbord il-bastiment Responder iffaċjaw waħda mill-akbar traġedji kemm ilhom joperaw fil-Mediterran. Dan hekk kif kienu impenjati biex isalvaw 354 persuni minn fuq ħames dgħajjes differenti – iżda sfortunatament, 7 persuni għerqu meta kienu qed jippruvaw jitilgħu fuq il-bastiment.
Fuq Facebook, il-membri tal-MOAS iddeskrivew is-sitwazzjoni b’dan il-mod: “Inħoloq kaos. Diversi refuġjati bdew jaqbżu fil-baħar. Kien hemm il-paniku. U seba’ persuni mietu”.
Fost dawk li ġew salvati kien hemm 29 mara u sitt itfal.
//= $special ?>