Futbol Sport

Aħbarijiet oħra mill-Kunsill tal-MFA: Proċeduri dixxiplinarji mill-FIFA kontra Luke Gambin u l-MFPA bi rwol ta’ osservatur fil-Kunsill

Proċeduri dixxiplinarji mill-FIFA kontra Gambin

Is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo qal li sar magħruf li Jonathan Caruana u Luke Gambin weħlu logħba sospensjoni iżda qal li l-FIFA mistennija tiegħu proċeduri dixxiplinarji kontra Gambin minħabba dak li kiteb ir-referee Ukren fir-rapport tiegħu b’Norman Darmanin Demajo jgħid li hu ta’ dispjaċir għalihom li xahar qabel il-partita kellu jiġri dan. L-MFA għandha ċans sat-22 ta’ Settembru biex twieġeb għall-akkuża kontra l-plejer.

L-MFPA fil-Kunsill

Norman Darmanin Demajo qal li m’għandu l-ebda problema li l-MFPA jkollha rwol ta’ osservatur fil-kunsill filwaqt li tenna li hu m’għandu l-ebda aġenda kontra l-plejers. Ġie deċiż wara diskussjoni li tittieħed deċiżjoni fl-istess kunsill jekk il-kunsill jaċċettax lill-MFPA bħala osservatur fil-kunsill. Dawk li kienu għadhom preżenti qablu b’mod unanimu biex b’hekk l-MFPA se jkollha rwol ta’ osservatur fil-kunsill tal-MFA. Sadanittant aktar kmieni b’rabta mal-MFPA, Bjorn Vassallo informa lill-membri preżenti li Martin Gregory se jieħu post Brian Said f’isem l-MFPA fil-Complaints Board tal-MFA.