Reġa’ kien hemm attakk b’dik magħrufa bħala bomba tal-klorina mill-forzi tar-reġim tal-President Bashar al-Assad. Bomba li twaddbet minn ħelikopter u waslet biex ħafna nies ikollhom imorru l-isptar għall-kura minħabba problemi bin-nifs.
Skont organizazzjonjiet umanitarji, twaddbu aktar minn bomba waħda fiz-zona Sukhari fil-Lvant ta’ Aleppo. Intqal ukoll li ma jirriżultax li dawn il-bombi qatlu lil xi ħadd.
Il-Gvern Sirjan dejjem ċaħad li qed juża dawn l-armi kimiċi.
Skont inkjesta li kienet saret min-Nazzjonijiet Uniti, il-Gvern Sirjan kien responsabbli għal żewġ attakki bil-gass tossiku fl-2014 u l-2015 u fiż-żewġ każi intuża l-klorina. Gruppi umanitarji fis-Sirja akkużaw il-Gvern ta’ żewġ attakki oħra li saru f’Awwissu u dawn qed ikunu investigati min-Nazzjonijiet Uniti.
Attakk ieħor bil-klorina f’Aleppo
