Lokali

Filmat: Il-preparazzjoni tal-festi tal-Indipendenza għal din is-sena għaddejjin ġmielhom

Il-preparazzjoni tal-festi tal-Indipendenza għal din is-sena għaddejjin ġmielhom – hekk kif il-Partit Nazzjonalista bħalissa qed iħejji l-ħidma tiegħu sabiex mis-17 ta’ Settembru jibdew l-attivitajiet fuq il-Fosos tal-Floriana.

It-tema ‘Nirnexxu Lkoll Flimkien’ hija t-tema magħżula biex tniedi l-istaġun politiku ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

Fl-isfond ta’ dan kollu, Net News tkellem mad-Direttur tal-Uffiċju Informazzjoni Matthew Bonett fejn spjega r-raġuni tal-għażla tat-tema ‘Nirnexxu Lkoll Flimkien’ – hekk kif fis-sitwazzjoni preżenti, ma’ dan il-Gvern Laburista huma l-ftit li qeghdin igawdu, u mhux kulħadd kif kien imwieghed fl-aħħar elezzjoni generali:

Matthew Bonett appella wkoll biex kif il-poplu Malti u Għawdxi dejjem kien ta’ appoġġ għall-Partit Nazzjonalista matul is-snin – din is-sena fuq il-Fosos tal-Floriana reġa’ hemm bżonn il-parteċipazzjoni tal-pubbliku:

Iċ-ċelebrazzjonijiet tal-Indipendenza se jilħqu l-qofol tagħhom fl-aħħar jum tal-attivitajiet – fl-20 ta’ Settembru lejliet il-festa nazzjonali – hekk kif il-Kap tal-Partit Nazzjonalista se jkun qed jindirizza Mass Meeting fuq il-Fosos tal-Floriana.