Il-ġurnalist sportiv ta’ TVM Rodney Vassallo nfexx f’attakk sħiħ kontra Malta u l-Maltin fi status li kiteb ilbieraħ filgħaxija.
Hu kien qed jirrispondi għall-kritika qawwija fil-konfront tiegħu u Peter Cossai wara nuqqas ta’ komunikazzjoni li wassal biex il-kowċ Skoċċiż Gordon Strachan jindirizzahhom b’mod arroganti.
Filmat tar-risposta ta’ Strachan, li ndirizza lil Cossai bil-kliem “Tell Rodney to get a f***ing move on,” imxew mad-dinja kollha bl-iktar paġni tal-futbol popolari fuq Facebook u siti ta’ ġurnali rinomati jiktbu artikli dwar dan.
Iżda meta l-ironija dwar is-sitwazzjoni kompliet għaddejja matul il-ġurnata, Vassallo tilef il-paċenzja u fuq Facebook wissa’ lil kulħadd biex isib “sfog ieħor b’ħajtu.”
Imma ma waqafx hawn u f’kumment li kiteb taħt dan l-sitatus saħansitra rrefera għal Malta bħala “din il-ħmieġ ta’ gżira’ u esprima x-xewqa tiegħu li jgħaddi bi trakk u jaqta’ nofs il-popolazzjoni ta’ pajjiżna.
Rodney Vassallo sadattant neħħa l-istatus tiegħu.
//= $special ?>