Mara weġġgħet gravi u żewġ nisa oħra indarbu ħafif wara ħabta li seħħet fid-9:30pm f’Ħaż-Żebbuġ
L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina, u fih kienu nvoluti vettura tat-tip Fiat Punto misjuqa minn tfajla ta’ 23 sena residenti Raħal Ġdid u vettura tat-tip Ford Focus misjuqa minn ġuvni ta’ 20 sena mill-Mosta. Flimkien mal-ġuvni kien kemm hemm tfajla ta’ 17-il sena residenti l-Mosta ukoll u ġuvni ta’ 22 sena minn Birkirkara.
Fil-karozza flimkien mat-tfajla ta’23 sena kien hemm mara ta’ 40 sena minn Santa Lucija u mara oħra ta’ 46 sena mix-Xgħajra.
It-tliet persuni li kien hemm fil-vettura Fiat Punto ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa. Aktar tard, il-mara ta’ 40 sena ġiet iċċertifikata li qiegħda sofri minn ġrieħi ta’ natura gravi filwaqt li ż-żewġ nisa l-oħra ġew iċċertifikati li sofrew ġrieħi ta’ natura ħafifa.
Il-Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fil-post sabiex jassistu.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tar-Rabat għadhom għaddejjin.
//= $special ?>