Fl-isptar Mater Dei llum kien hemm żjara speċjali li wasslet lil dawk li jaħdmu l-isptar f’bikja t’emozzjoni hekk kif pazjenta talbet li tara l-kelba tagħha. Għalkemm il-ħaddiema tal-isptar huma mdorrija jaraw xeni ta’ ferh u biki, din l-esperjenza kienet waħda mhux ta’ soltu u wħud emozzjonaw ruħhom.
Fir-ritratt li ttelgħa fuq il-paġna tal-isptar tidher ferħana l-kelba Sophie hekk kif iltaqgħet ma’ sidha.