Futbol Sport

LIVE mill-Kunsill tal-MFA: Adrian Delia u Stephen Abela jitilqu mil-laqgħa qabel ma tibda wara argument mal-President tal-MFA

Qabel il-bidu tal-Kunsill, ġie nnutat bidla fil-postijiet hekk proprju minn din il-laqgħa tal-kunsill kulħadd għandu l-post tiegħu fejn ipoġġi, kuntlarju għal kif kien isir qabel. Fost dawk li kienu bilqiegħda mhux posthom kien hemm is-Segretarju ta’ Hibernians Stephen Abela u l-President ta’ Birkirkara Adrian Delia li kienu fuq in-naħa ta’ wara.

Il-President tal-MFA Norman Darmnain Demajo rrimarka li ttieħdet din id-deċiżjoni għaliex fi kliemu l-kunsill mhux każin fejn kulħadd jiltaqa’ u jitkellem.

Hawnhekk kif kien se jmur fid-direzzjoni biex ipoġġi, il-President ta’ Birkirkara Adrian Delia ħassu urtat wara l-kliem tal-President tal-MFA, li qal li kulħadd ipoġġi fejn tgħid l-MFA. Delia qal li kif ġie rrimarkat biex jiċċaqalqu minn fejn kienu, hu ċċaqlaq iżda sostna li huma mhumiex pupazzi u jpoġġu fejn tgħidlu l-MFA u flimkien mas-Segretarju ta’ Hibernians Stephen Abela telqu qabel ma bdiet il-laqgħa tal-kunsill.