Futbol Sport

LIVE mill-Kunsill tal-MFA: Wara Delia u Abela, joħorġu mill-kamra wkoll Dione Borg u Keith Perry

Wara l-inċident ma’ Delia u Abela, waslu flimkien is-Segretarju ta’ Floriana Dione Borg u l-President ta’ Sliema Keith Perry daħlu flimkien fejn kienu se jpoġġu fuq wara. Hawnhekk is-Segretarju Ġenerali Bjorn Vassallo ndika lil Dione Borg biex ipoġġi fil-post tiegħu.

Dione Borg wieġeb għal din l-affermazzjoni billi saqsa jekk hemmx x’imkien fl-istatut tal-MFA li tindika li jridu jpoġġu fejn indikat bilfors filwaqt li saqsa x’inhi d-diffikultà li jridu jifirdu l-klabbs minn ma’ xulxin.

Darmanin Demajo wieġeb lil Borg fejn qal li għandu dritt jaħseb li jrid. Il-President tal-MFA qal li l-kunsill qiegħed hawn b’mod individwali u ddeċidew li jagħmlu l-postijiet ta’ kulħadd. Darmanin Demajo qal lil Borg li jekk hu għandu xi problema u ma jixtieqx jirrikonoxxi s-siġġu jista’ jitlaq fejn tenna li ma jafx x’inhi l-kwistjoni kollha.

Sadanittant il-President ta’ Sliema Keith Perry mingħajr ma qal xejn ħareġ mill-kamra, bl-argument bejn il-President tal-MFA u Dione Borg. Is-Segretarju ta’ Floriana ssuġerixxa li saħansitra jkunu d-diviżjonijiet kollha flimkien waqt il-kunsill. Borg saqsa jekk għalih bħala President hux tajjeb li jkollu ħames klabbs barra.

Bl-argument jibqa’ għaddej u ma jwassal imkien, Dione Borg għażel li joħroġ ukoll mil-laqgħa.

Il-President tal-MFA qal li mhux idea tiegħu li jagħti interpretazzjoni. Darmanin Demajo qal li ma jafx jekk sarx xi ftehim bejn xi klabbs tal-Premier, iżda tenna biex jibqgħu għaddejjin u ma jagħtux importanza dawn l-affarijiet.