Raġel mill-Furjana weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qiegħed jaħdem f’xi stalel fi Sqaq Ħabel Żwejra, in-Naxxar. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-7:30pm.
Ir-raġel li għandu 54 sena jinsab f’qagħda kritika.
Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Francesco Depasquale li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa tan-Naxxar għadhom għaddejjin.
//= $special ?>