Il-Pulizija f’Pariġi arrestat raġel li kien taħt għassa minħabba terroriżmu wara li l-karozza tiegħu nstabet qrib il-Katidral ta’ Notre Dame b’seba’ ċilindri tal-gass fihom.
Il-karozza nstabet bil-hazard lights mixgħula u mingħajr pjanċi tan-numri flimkien ma’ xi dokumenti bl-Għarbi. Iċ-ċilindri ma kellhom ebda detonatur imqabbad magħhom. Kien hemm ukoll ħabib tas-sid tal-karozza, ukoll magħruf mal-Pulizija, li wkoll kien arrestat.
Il-Pulizija mhux qed teskludi li din setgħet kienet prova għal attentat u li l-hazard lights tqabdu biex jattira l-attenzjoni.
Sejba inkwetanti qrib Notre Dame f’Pariġi
