Internazzjonali

Traġedja tal-ajru tħalli sitta mejta fil-Maċedonja

Vjaġġ għal skopijiet ta’ negozju spiċċa fi traġedja, b’sitt Taljani jmutu wara li ġġarraf ajruplan żgħir. L-inċident tal-ajru seħħ ilbieraħ wara nofsinhar fil-Maċedonja, bl-ajruplan kien fi triqtu minn Treviso lejn l-ajruport ta’ Pristina.

Il-vittmi huma ħames passiġġieri u l-pilota Francesco Montagner, President tal-Associazione Aeroclub Treviso. Abbord kien hemm il-Viċi President tal-Aeroclub, Dario Bastasin, flimkien ma’ Luca Dalle Mulle, Angelo Callegari, Ilaria Berti u Visar Degaj, li għandu ċittadinanza Taljana.

Il-grupp ta’ Taljani kellu jasal il-Maċedonja fuq xogħol relatat mal-istess klabb.