Għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu, ġie rappurtat li intlemaħ katavru f’wiċċ il-baħar fil-Munxar, fil-limiti tal-Bajja ta’ San Tumas f’Marsaskala. Sar magħruf ukoll li l-katavru li ttella’ hu ta’ għaddas – Carmelo Cassar ta’ 71 sena miż-Żejtun.
Mal-ewwel fuq il-post marru l-Forzi Armati ta’ Malta u membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili fejn tellaw il-katavru abbord id-dgħajsa Melita 1 u għamlu triqithom lejn Xatt it-Tiben.
Sorsi infurmaw lil netnews.com.mt, li fuq il-post ġie identifikat l-katavru tal-għaddas minn ibnu stess. Jirriżulta li iben l-vittma mar fl-istess post fejn inzerta qed jogħdos missieru biex jistad, iżda meta mar fuq il-post sab l-operazzjoni tal-Forzi Armati għaddejja biex itellgħu l-katavru mill-baħar.
Fil-ħin li ġej mistennija li ssir awtopsja fuq il-katavru fejn hemmhekk tiġi stabbilita’ x’wasslet għal mewt ta’ dan l-għaddas.
Bis-sejba tal-katavru ġie infurmat il-Maġistrat Joe Mifsud li ħatar diversi esperti sabeix jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>