Lokali

Ħabs għal żagħżugħ bla saqaf fuq rasu li nqabad jisraq

Manuel Abela, li għandu 24 sena, intbagħat ħames xhur ħabs wara li nqabad jisraq u ammetta li ħa ammont ta’ fliexken tal-whisky miċ-Chain Supermarket tal-Fgura.

Abela qal fil-Qorti li hu għandu problema bil-vizzju tad-droga u talab l-għajnuna. Qal ukoll li m’għandux residenza iżda jgħix f’konktejner abbandunat f’Bulebel.

Fid-dawl ta’ dan il-Maġistrat Joe Mifsud ordna li ż-żgħażugħ jiskonta sentenza ta’ ħabs imma fuq kollox isegwi ordni ta’ tratttament għal tliet snin biex jiġi mgħejun jegħleb il-vizzju tad-droga.

Abela kellu s-sentenza sospiżali ngħata f’każ preċedenti estiża b’sentejn oħra.