Qorti fil-belt Indjana ta’ Mumbai ikkonfermat sentenza tal-mewt għal raġel li, tlett snin ilu, waddab l-aċidu fil-wiċċ ta’ mara li kienet qed tistenna ġo stazzjon tal-ferrovija pakkjata bin-nies.
Il-verdett qed jitqies bħala wieħed sinifikattiv, peress li l-qrati fl-Indja, fil-passat, għaddew sentenzi relattivament ħfief għal ‘ċirkustanzi simili’.
Il-vittma, Preeti Rathi, kellha 23 sena meta spiċċat attakkata bl-aċidu u mietet xahar wara b’konsegwenza. Hi, dak iż-żmien, kienet waslet f’Mumbai minn Delhi, bil-ħsieb li tissieħeb man-Navy Indjana bħala infermiera.
Intant, l-aggressur tagħha, Ankur Panwar, li kien joqgħod qrib il-vittma, qal li hu attakka lil Rathi għaliex hi irrifjutat il-proposta tiegħu għaż-żwieġ. Mistenni li Panwar, issa, jirrikorri għal qorti ogħla biex jappella mill-piena kapitali fuq akkużi ta’ omiċidju.
//= $special ?>