L-att vandalu li sehh fit-Tempji tal-Ggantija aktar kmieni din il-gimgha ħalla lil ħafna nies ixxukjati
Kulhadd jaf illi l-istrutturi Megalitici fix-Xaghra Ghawdex huma eqdem mill-Piramidi ta’Giza u minn Stonehenge fir-Renju Unit – izda ghal zaghzugh minn San Gwann, dawn it-tempji huma biss “bicca gebla antika”.
Din kienet ir-reazzjoni ta’ dan iz-zaghzugh meta nhar it-Tlieta inqabad flimkien ma’ habiba tieghu jiktbu ismijiet u messaggi ta’ imhabba fuq wahda mill-gebel li jiffurmaw parti mit-Tempji tal-Ggantija f’Ghawdex. It-tnejn li huma gew arrestati wara li inqabdu mill-ufficjal tas-sigurta’, u mistennija jitressqu l-Qorti fis-sighat li gejjin. Il-mara hija barranija, izda toqghod ix-Xaghra stess.
Skont l-istorja ippubblikata illum fit-Times, il-vandalizmu li wettqu fuq it-tempji huwa irreparabbli ghaliex il-kitba li ghamlu hija fonda.
It-tempji tal-Ggantija ghandhom ‘il fuq minn 5,500 sena.
//= $special ?>