Internazzjonali

L-Eurovision għal Kiev

L-Ukrajna ħabbret li l-edizzjoni tas-sena d-dieħla tal-Eurovision se ssir fil-kapitali Kiev.
L-Ukrajna kienet rebħet l-edizzjoni ta’ din is-sena bil-kantanta Jamala iżda kien hemm dewmin fid-deċiżjoni ta’ fejn se ssir il-kompetitżjoni b’xi wħud jinsistu li din isir fil-belt ta’ Odessa u oħrajn f’belt fil-Kriemja li issa hi parti mir-Russja.
Yevhen Nyshchyuk, il-Ministru tal-Kultura Ukren, qal li l-pajjiż se jkun qed jonfoq madwar 45 miljun dollaru għal din il-kompetitżjoni.