Il-kandidat tal-Partit Demokratiku fl-elezzjoni Presidenzjali ta’ l-Istati Uniti Hillary Clinton iddeskriviet lis-sostenituri tar-rival Repubblikan Donald Trump bħala ġabra ta’ nies ta’ stmerrija. Hija saħqet li dawk li qegħdin jgħatu appoġġ lil Trump huma “razzisti, sessisti, xenofobiċi, Iżlamofobiċi u kull ħaġa oħra”. Sostniet ukoll li dawk li qegħdin jgħatu appoġġ lil Trump u li mhumiex hekk huma sempliċiment disprati għal bidla.
Il-kliem ta’ Clinton qiegħed jitqies bħala kontroversjali b’kelliem għal kampanja ta’ Trump jgħid li bi kliemha Clinton insultat miljuni ta’ Amerikani.
Intant il-pressjoni fuq Donald Trump sabiex jippublika d-dokumenti tat-taxxa kompliet tiżdied meta l-kandidat Viċi Presidenzjali Repubblikan Mike Pence ppubblika d-dokumenti tiegħu. Pass li Hillary Clinton ilha li għamlet aktar minn xahar iżda li s’issa Donald Trump irrifjuta li jagħmel.
L-aħħar stħarriġ ta’ l-opinjoni pubblika fl-Istati Uniti juri lil Trump jnaqqas il-vantaġġ li Clinton tgawdi fuqu partikolarment fi stati meqjusa bħala mill-aktar kruċjali bħal Ohio u Florida.
//= $special ?>