Lokali

Falza stikka għal L-Orizzont u Inews!

Storja fuq il-faċċata tal-ġurnal tal-General Workers Union L-Orizzont li qegħda tidher ukoll bi prominenza fuq il-portal tal-GWU Inews bit-titlu “Il-każ ta’ LSA f’Għawdex: Ministri mistennija jiltaqgħu mal-Prim Imħallef” jidher li huwa fattwalment żbaljat. Fir-rapport tagħha L-Orizzont irrapportat li kellha ssir laqgħa bejn il-Ministri Evarist Bartolo u Owen Bonnici u l-Prim Imħallef “bl-għan li wieħed jara x’jista’ jsir biex il-proċess jitħaffef u tispiċċa l-inċertezza” fil-każ ta’ Karen Mercieca ta’ 37 sena mill-Qala li kienet taħdem bħala LSA fl-iskola Primarja ta’ Għajnsielem.

Rapport li qajjem preokkupazzjoni minn ħafna li saħqu li kien ikun skorett għal kollox li ssir laqgħa bejn ministru u l-Prim Imħallef dwar każ speċifiku għaliex din tista’ titqies bħala pressjoni mill-gvern fuq il-qrati.

Jidher iżda li r-rapport ta’ L-Orizzont u Inews kien skorett sabiex b’hekk il-media tal-GWU ħadet falza stikka. Dan hekk kif ix-shadow minister Jason Azzopardi fuq Facebook ikkonferma li l-Ministru Owen Bonnici kien ċempillu u kien saħaq li ma’ kienetx ser issir il-laqgħa rrapportata fuq L-Orizzont u l-portal tal-GWU.

jason inews zball