Ħafna għandhom l-impressjoni li xogħol is-suldati hu wieħed faċli, kważi kważi passiġġata jew xi hobby. Iżda filmat li wasal għand dan l-istazzjoni juri r-realtà tad-dedikazzjoni u s-sagrifiċċji li jagħmlu l-uffiċjali Maltin.
Dan hekk kif, waqt il-Parata tal-Vitorja fi Pjazza San Ġorġ, fil-Belt Valletta, is-sħana bdiet tagħmel tagħha iżjed u iżjed fuq l-uffiċjali Maltin liebsa l-uniformijiet.
Kif jidher fil-filmat, hekk kif fil-Pjazza kienet dieħa l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca, wieħed mill-uffiċjali ntelaq minn tulu fl-art minħabba li ħassu ħażin.
Fil-pront sħabu għenuh u nħareġ fuq stretcher, waqt li mmedjatament wasal ukoll tim mediku li kien fl-istess Pjazza għal li jsita’ jinqala’. U dan kollu waqt li l-kumplament tal-uffiċjali mxew mal-protokoll u żammew il-professjonalità f’xogħlhom.
//= $special ?>