Lokali

Filmat: Żvelati iżjed dettalji dwar l-iskandlu tal-visas mediċi

Il-Gvern Malti qed jiċħad lil ħames Minsitri Libjani, kif ukoll nurmu ta’ persuni oħra, li jridu jiġu f’Malta biex jixhdu u jikxfu iżjed dettalji dwar l-iskandlu tal-visas mediċi.

F’dan l-iskandlu, Neville Gafa – qrib ħafna ta’ Muscat tant li hu person of trust tiegħu – qed jiġi akkużat li daħħal eluf ta’ ewro f’butu biex jinħarġu ammont kbir ta’ visas mediċi lil-Libjani.

Qal dan Ivan Grech Mintoff, wara li fakkar li s’issa jidher li ma hemm ħadd fuq Neville Gafa, jew imqar xi ħadd li jiċċekkja li dan qed jaħdem b’mod korrett f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħruġ tal-visas mediċi.

Biex jikkonferma dan, Grech Mintoff saħansitra żvela li meta l-visa tagħhom kienet rifjutata, il-Ministru tas-Saħħa Libjan kiteb lill-Ministru tas-Saħħa ta’ pajjiżna. Madankollu dan xejn ma għoġob lil Neville Gafa.

Minbarra dawn id-dettalji, kien żvelat li ħafna Libjani f’Malti jistgħu jivverifikaw id-dettalji dwar dan l-iskandlu, imma jibżgħu jitkellmu għaliex jafu li l-Gvern jista’ jirtiralhom il-permess ta’ residenza. Minbarra dawn, hemm ukoll Maltin li lesti jikxfu dettalji u provi ġodda.

Fl-istess waqt li fi kliem Ivan Grech Mintoff, li jipproduċi l-programm Exodus, minn Kastilja qed jużawa lil One, l-Orizzont, l-inews u MaltaToday biex iħammeġ lil Ben Nasan, fil-programm kien żvelat li l-Gvern Malti stess talab l-għajnuna ta’ Ben Nasan meta fil-Libja kien hemm Maltin Maħtufa.

Matul il-programm, Ben Nasan wera l-provi li hu Libjan u wkoll li għandu status ta’ refuġjat u allura d-dritt li jibqa’ f’Malta.

Giddeb ukoll rapporti li dehru fil-midja u li kienu jgħidu li hu mfittex mis-Servizzi Sigrieti Libjani, tant li fi kliemu dawn lesti jiġu Malta biex igiddbu dan personalment.