L-Istati Uniti u r-Russja wasslu fi ftehim sabiex jintemmu l-ostilitajiet fis-Sirja minn nhar it-Tnejn li ġej. F’dan il-pjan mħabbar wara laqgħa bejn is-Segretarju ta’ l-istat Amerikan John Kerry u l-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin Russu Sergei Lavrov il-gvern Sirjan ta’ Bashar al Assad ser itemm l-ħidma militari f’żoni mill-pajjiż ikkontrollati mill-oppożizzjoni.
Kerry u Lavrov saħqu li kemm il-gvern kif ukoll l-oppożizzjoni ndikaw li kienu lesti jirispettaw t-termini tal-ftehim li ntlaħaq wara diskussjonijiet, deskritti minn ħafna bħala iebsa, li saru f’Ġinevra fl-Isvizzera.
L-istess ftehim jipprovdi wkoll għal aċċess umanitarja madwar il-pajjiż. Intant l-Istati Uniti u r-Russja mistennija jibdew ħidma konġunta kontra l-militanti ta’ l-Istat Iżlamiku u l-al Qaeda wara li jintemmu l-ostilitajiet fis-Sirja.
Minn naħa tiegħu kelliem għan-Nazzjonijiet Uniti Staffan de Mistura laqgħa l-ftehim bejn l-Istati Uniti r-Russja filwaqt li saħaq li l-Ġnus Maqgħuda kienet ser tagħmel sforz sabiex titwassal l-għajnuna umanitarja fejn meħtieġa.
//= $special ?>