John Hinckley Junior, ir-raġel li, fl-1981, kien ipprova joqtol lill-eks President tal-Istati Uniti, Ronald Reagan, ilbieraħ kellu jinħeles mill-isptar psikjatriku fejn hu kien ilu jinżamm għal 35 sena.
Reagan u tliet persuni oħra kienu sfaw midruba fi sparatura li seħħet barra lukanda ta’ Washington, f’Marzu tal-1981. Intant, Hinckley ma kienx instab ħati minħabba li kien ibati bi problemi mentali, u fejn kien deċiż li hu jintbagħat l-isptar għal trattament.
Hinckley, li ilu dawn is-snin kollha residenti fi sptar ta’ Washington, issa m’għadux meqjus bħala ‘periklu għall-pubbliku u għalih innifsu’. Dan meta hu diġà qiegħed iqatta’ il-jiem fir-residenza ta’ ommu, fl-Istat ta’ Virginia, fejn jeħtieġ li jirrispetta ċerti kundizzjonijiet stretti.
//= $special ?>