Il-ħsara li saret fit-tempju tal-Ġgantija fl-aħħar jiem mistennija tara Alġerina li ilha tgħix Malta għal numru ta’ snin tittelgħa l-qorti fil-jiem li ġejjien. Dan ġie żvelat mill-ġurnal The Times of Malta. Jekk tinstab ħatja il-mara tista’ tingħata sentenza ta’ sitt snin priġunerija għal ħsara fuq monument nazzjonali.
Minn naħa l-oħra jidher li għad m’hemmx ċertezza dwar raġel ta’ 47 sena minn San Ġwann li kien mal-mara fil-ħin ta’ l-inċident fit-tempju li għandu aktar minn 5,500 sena. Il-gazzetta The Times tirraporta li skond sorsi r-raġel huwa magħruf mal-pulizija u jaħdem bħala bouncer f’Paceville.
Il-Malti u l-Alġerina pprovaw jidħlu fit-tempju għall-ewwel darba nhar it-Tnejn iżda billi waslu qrib il-ħin li jgħalaq ma’ ngħatawx aċċess. Kien għalhekk li jidher li marru l-għada t-Tlieta, meta seħħ l-inċient. Kienet il-mara li ġiet mwaqqfa mill-gwardjan fejn fuq il-ġebel tat-tempju storiku nstab l-isem “Stephen” miktub darbtejn bir-raġel dak il-ħin jgħid li ma’ setgħax jifhem x’kienu għamlu ħażin għaliex kienu kitbu “fuq biċċa ġebla antika”.
L-ewwel rapporti jindikaw ukoll li filwaqt li l-ħsara mhijiex waħda li tista’ tissewwa għal kollox l-ħsara mhijiex waħda allarmanti.
//= $special ?>