Lokali

Tifel fil-periklu tal-mewt wara inċident f’jacuzzi

Tifel ta’ madwar għaxar snin jinstab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li f’inċident li seħħ għal ħabta tas-sagħtejn ta’ wara nofs in-nhar meta għal xi raġuni s’issa mhux magħrufa sab ruħu f’diffikulta waqt li kien f’jacuzzi.

L-inċident seħħ fi Triq Marsalforn fix-Xagħra Għawdex bit-tifel jittieħed l-isptar Ġenerali t’Għawdex u aktar tard ġie trasferit lejn l-isptar Mater Dei permezz ta’ helicopter.

Il-Maġistrat Paul Coppini ħatar inkjesta sabiex tinvestiga dan l-inċident.