Lokali

FILMAT : Suċċess ieħor għall-pellegrinaġġ tar-Roti u Muturi f’Ħaż-Żabbar

Eluf ta’ ċiklisti din is-sena reġgħu ħadu sehem fil-Pellegrinaġġ tar-roti u muturi li jsir mir-Rabat sa Ħaż-Żabbar fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Grazzja f’Haż-Żabbar.

Iċ-ċiklisti dalgħodu telqu mir-Rabat wara l-inkwadru tal-Madonna tal-Grazzja, il-patruna taċ-ċiklisti, waqt li s-sewwieqa tal-muturi telqu mill-Mosta.

Il-Pellegrinaġġ tal-lum kien il-65 edizzjoni ta’ dan il-pellegrinaġġ li għalih jattendu bi ħġarhom bosta Maltin u Għawdxin.

PELLEGRINAGG 2016

pellegrinagg 2016

Ritratt: Graziella Buttigieg