Lokali

L-inizjattiva tal-għoti tad-demm minn Radio 101 tkun suċċess

Illum fl-istudios ta’ Radio 101 kompliet l-inizjattiva ta’ għoti ta’ demm.

L-inizjattiva ta’ din is-sena, li kienet kkordinata mill-Kap ta’ Radio 101 Charles Saliba, saret fl-okkażjoni tal-25 sena mill-ewwel xandira fuq Radio 101 u b’rabta wkoll mal-festi tal-Indipendenza.

L-inizjattiva kellha t-tema ‘Awgura lil Radio 101, awgura għall-ħajja… Agħti d-demm’ kienet waħda ta’ suċċess hekk kif fil-kuruturi ta’ u fl-istudios ta’ Radio 101 f’Tal-Pieta’ kienu dejjem mimlija bin-nies li huma ħerqana sabiex jagħtu d-donazzjoni ta’ demmhom.

Din l-inizjattiva ta’ għoti tad-demm bdiet ilbieraħ u kompliet illum ukoll fejn bosta nies laqgħu l-isfida ta’ Radio 101 ġew jgħinu lil nies fil-bżonn.

RADIO Blood Donation Marathom-3