Il-Gvern Alġerin ħabbar li mhux se jkompli jħalli lil ċittadini Libjani milli jidħlu fil-pajjiż bil-passport aħdar.
L-awtoritajiet Alġerini qalu li s’issa Libjani bil-passaport aħdar kienu qed jitħallew jidħlu fil-pajjiż bħala “proċedura eċċezzjonali” bħala riżultat tar-rivoluzzjoni Libjana li fiha tneħħa Gadaffi.
Ħafna Libjani li għad għandhom il-passaport aħdar, jidħlu fl-Alġerija biex jivjaġġaw mill-ajruport ta’ Alġeri lejn l-Ewropa. Id-deċiżjoni mistennija wkoll teffettwa l-kommunita kbira ta’ Libjan li marret tgħix fl-Alġerija wara r-rivoluzzjoni Libjana.
Projbit id-dħul fl-Alġerija bil-passaport aħdar Libjan
