Il-Partit Nazzjonalista se jaffaċċja l-elezzjoni ġenerali li jmiss mingħajr ma jkollu bżonn jistrieħ fuq dejn politiku u billi jiffinanzja lilu nnifsu b’mod nadif, mingħajr ħabi jew laqgħat sigrieta.
Dan hekk kif l-iskema Ċedoli, fejn individwi kienu mistiedna joffru self ta’ €10,ooo lill-partit b’interess ta’ 4%, iġġenerat dħul ta’ €3 miljun.
Dan ifisser li l-Partit Nazzjonalista elimina dejn antik u mhux se jkun obbligat ibiegħ ruħu lis-sinjuruni biex jiffinanzjawh u jkun jista’ jikseb is-suċċess politiku li bħalissa tant qed issir ħidma biex jiġi akkwistat.
“L-iskema Ċedoli tatni l-opportunità li nirristruttura l-finanzi tal-partit u ħelsitna minn obbligi politiċi,” stqarr b’sodisfazzjon il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Simon Busuttil, f’intervista lil The Sunday Times of Malta.
Kompla li għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista mhux immexxi mill-familji Gasan u Tumas, li ħadu permessi kontroversjali għall-bini ta’ torrijiet f’Tas-Sliema u l-Imrieħel.
“F’ġurnata, familja waħda akkwistat permessi għal ħames binjiet ta’ din ix-xorta. Ħjiel ta’ ftehim li sar qabel l-elezzjoni, biex b’hekk l-obbligu politiku tal-Prim Ministru Joseph Muscat twettaq,” kompla Simon Busuttil.
Il-messaġġ ta’ Simon Busuttil hu ċar: “Jien la kont, m’inix u qatt mhu se nkun fil-but ta’ xi negozjant sinjur. Ma nidħol qatt f’wegħdiet li jsiru qabel l-elezzjoni u jorbtuni ladarba nkun fit-tmexxija tal-pajjiż.”
//= $special ?>