It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt id-19-il sena sofra l-ewwel telfa ta’ 22-5 kontra l-qawwa tal-Ungerija, fil-Kampjonat Ewropew li qed isir fl-Olanda.
L-Ungeriżi marru 4-0 minn fuq fl-ewwel sessjoni, iżda ż-żgħażagħ Maltin wieġbu bi tliet gowls minn Joseph Galea, Nicholas Bugelli u Jeremy Abela. Fit-tieni sessjoni, it-tim Malti falla diversi okkażjonijiet, bl-Ungeriżi jieħdu l-okkażjonijiet tagħhom minn diversi kontrattakki u jiskurjaw tmien gowls mingħajr risposta, b’David Fenech u Ben Plumpton ikunu fuq żewġ fawls kmieni fil-partita.
It-tim Malti kien aħjar wara l-mistrieħ u żied ftit fil-kunfidenza b’Plumpton jiskurja doppjetta filwaqt li qasmu l-logħob mal-avversarji, biex fl-aħħar sessjoni t-tim Malti falla numru ta’ man-ups, bl-Ungeriżi jikkastigaw b’ħames gowls oħra.
It-tim Malti jilgħab għada kontra l-Montenegro fit-8.30am.
KUMMENTI TAL-KOWĊ ANTHONY FARRUGIA: “Lagħbna kontra wieħed mill-aqwa timijiet fil-Kampjonat Ewropew. Irridu nitgħallmu minn din il-logħba u ntejbu l-prestazzjonijiet u nagħmlu anqas żbalji. Kellna mumenti tajbin speċjalment fid-difiża b’Jake Tanti jkun strumentali bejn il-lasti, iżda sofrejna kontra s-saħħa fiżika. Kuntent bil-prestazzjoni ta’ ħafna mill-plejers u minkejja li l-iskor hu indikattiv, l-impenn tat-tim kien sodisfaċenti.
//= $special ?>