Lokali

Żewġt irġiel iweġġgħu gravi wara argument bejniethom fir-Rabat Għawdex

Ilbieraħ filgħaxija, għal xi raġuni żewġt irġiel, wieħed ta’ 34 sena mis-Sudan u raġel ieħor ta’ 32 sena mis-Somalja, kellhom argument bejniethom waqt li kienu fi Triq Fortunato Mizzi, ir-Rabat, Għawdex. Jidher li wieħed minnhom – ir-raġel ta’ 32 sena allegatament sofra daqqiet t’oġġett li jaqta’.

Kien għall-ħabta tad-disgħa ta’ filgħaxija, meta r-raġel għandu 34 sena, residenti l-Marsa daħal fl-Għassa tar-Rabat, Għawdex u allega li kien għadu kemm ġie aggredit minn raġel ieħor. Ftit wara, daħal r-raġel ieħor ġewwa l-Għassa li wkoll kien ferut.

Minħabba li ż-żewġt irġiel kellhom xi dmija, il-Pulizija talbet l-assistenza medika u fil-fatt huma t-tnejn ittieħdu l-Isptar Ġenerali t’Għawdex għall-kura.

Iż-żewġt irgiel ġew iċċertifikati li qegħdin isofru minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt.

Huma qegħdin jinżammu mill-Pulizija għall-iktar stħarriġ.

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.