Lokali

​Żewġt irġiel l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Raħal Ġdid

Żewġt irġiel iddaħħlu l-isptar wara li Somalu ta’ 31 sena residenti San Pawl il-Baħar safa’ mtajjar minn mutur misjuq minn raġel ta’ 41 sena residenti l-Fgura.

B’kawża tal-impatt is-sewwieq tal-mutur baqa’ dieħel f’karozza misjuqa minn mara ta’ 47 sena minn San Ġwann.

L-inċident seħħ qrib il-Moskea, fi Triq il-Perit Duminku Mintoff, Raħal Ġdid għall-ħabta tas-7:30am.

Iż-żewġt irġiel iddaħħlu l-isptar għall-kura.

Għadha mhux magħrufa l-qagħda tagħhom.