Lokali

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar minn mutur

Anzjan ta’ 81 sena minn Bormla jinsab fil-periklu tal-mewt wara li lbieraħ filgħaxija ittajjar minn mutur misjuq minn raġel ta’ 28 sena minn Marsaskala. L-Inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tad-9.50p.m. fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa.

Fuq il-post issejjħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard hu ġie ċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

Il-Maġistrat tal-Għassa Antonio Micallef Trigona ħatar numru ta’ esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta. L-investigazzjonijiet mill-għassa ta’ Ħaż-Żabbar.