In-Network tas-Soċjeta’ Ċivili appella lill-Gvern sabiex fil-Baġit li jmiss iżid il-ħlasijiet tal-pensjoni u tal-paga minima.
Fi stqarrija, il-kelliema tan-Network qalu illi il-Baġit 2017 għandu jindirizza lill-pensjonanti u lil dawk li għandhom dħul baxx. Apparti minn hekk, qed issir sejħa sabiex jinbidel il-mod kif tinħadem il-COLA u kif tinħadem il-pensjoni.
Proposti oħra tas-soċjeta’ ċivili jinkludu l-bżonn ta’ reviżjoni tat-tax brackets, il-problema tal-prekarjat, l-isfruttament ta’ ħaddiema barranin, investiment akbar fl-enerġija rinnovabbli, u sistemi ta’ housing li jkunu aktar aċċessibbli.
//= $special ?>