L-eks Prim ministru Ingliż David Cameron ħabbar li kien se jirriżenja minn Membru Parlamentari.
Cameron, li kien irriżenja minn Prim Ministru f’Ġunju wara r-referendum dwar il-Brexit, qal li ħa dan il-pass għaliex ma riedx ikun ta’ fxkil għas-suċessur tiegħu l-Prim Ministru Theresa May.
Hu qal li kien se jkompli bħala Membru Parlamentari sal-elezzjoni ġenerali li jmiss imbagħad jitlaq mix-xena politika Ingliża.
L-elezzjoni li jmiss fir-Renju Unit hi skedata li ssir fl-2020.